Wirjiet sodisfacenti mill-atleti Maltin fil-Kroazja

Wirjiet sodisfaċenti mill-atleti Maltin fil-Kroazja fi Varzdin fl-ogħla kategorija li Athletics Malta qatt ikkompetiet fiha f’dan il-Kampjonat ta-Timijiet tal-European Athletics. Filfatt wara li s-sena l-oħra Malta kienet promossa mit-tielet league għat-tieni league ġew reġistrati diversi ħinijiet tajba inkluż żewġ rekords Nazzjonali miksuba minn Marilyn Grech fl-400metru hurdles u minn Daniel Saliba fil-110metru hurdles.

L-aqwa pożizzjoni fost l-events kollha li pparteċipaw fihom l-atleti Maltin irreġistratha Monalisa Camilleri fit-3000metru steeplechase meta temmet fil-ħames post fost 12 -il atleta. Kien hemm riżultati tajba wkoll minn Charlotte Wingfield fil-200metru, minn Janet Richard fl-400metru, minn Claire Azzoaprdi fil-Long Jump u minn Ian Paul Grech ukoll fil-Long Jump ukoll.

ETCH 2019

Malta ma kelliex ateti fil-High Jump u anqas fil-Pole Vault u allura d-96 punt miksub fil-klassifika finali jista’ jkun kunsidrat bħala riżultat mistenni f’din id-diviżjoni. Minkejja dan kemm Malta, Ċipru u l-Lussemburgu żewġ pajjiżi bħal Malta li jieħdu sehem ukoll fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ġew relegati mill-ġdid għas-Second League.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s